Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Persuni U Ħasil Ta’ Flus

 Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Persuni U Ħasil Ta’ Flus

Uffiċjali fl-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta, waqt kontrolli ta’ passaporti għal titjiriet lejn lItalja, waqqfu 11-il persuna mill-Bangladesh b’suspett li kienu qed jużaw dokumenti foloz.

Wieħed mill-irġiel, raġel ta’ 36 sena instab fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti fost affarijiet oħra li jindikaw li kien hu li kien organizza d-dħul, jew il-ħruġ minn Malta b’mod illegali tal-persuni l-oħra, qed jgħin lill-persuni l-oħra jidħlu, jew joħorġu minn Malta b’mod illegali.

Pulizija ta’ l-Immigrazzjoni u dawk ta’ Kontra l-Ħasil tal-flus komplew bl-investigazzjonijiet u rraġel tressaq b’arrest il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiaq LL.D. Hu kien akkużat bi traffikar ta’ persuni, ħasil ta’ flus u ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-flus, fost oħrajn.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Christian Abela u James Turner. Huma kienu assistiti mill-Avukati Cinzia Azzopardi Alamango u Maria Schembri mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com