Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Qala’ Daqqa Bi Flixkun Tal-Ħġieġ

 Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Qala’ Daqqa Bi Flixkun Tal-Ħġieġ

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-12:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien qam argument bejn xi persuni. Raġel ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żabbar sofra xi ġrieħi meta qala’ daqqa bi flixkun tal-ħġieġ. Hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi wara li ngħata kura medika f’Ċentru tas-Saħħa.

Raġel ta’ 26 sena residenti l-Marsa, kien arrestat ftit tal-ħin wara fl-istess lokalitá u qed jinżamm fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com