Raġel Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

 Raġel Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Manwel Dimech, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda NSC110, misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Għarb, u Maruti Gypsy, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti ix-Xagħra.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com