Raġel Se Jitressaq Il-Qorti B’Rabta Mal-Argument F’Birkirkara

Illum, għall-ħabta ta’ 12pm, se jkun qed jitressaq il-Qorti raġel ta’ 30 sena minn Ħal Qormi b’rabta mal-argument f’Birkirkara nhar il-Ħadd li għadda.
Raġel ta’ 27 sena minn l-Imsida spiċċa sofra ġrieħi gravi b’daqqiet ta’ sikkina, fi Triq il-Wied, Birkirkara. L-aggressur ħarab minn fuq il-post fejn iktar tard ġie arrestat mill-Pulizija.
Il-Pulizija ser tressaq lir-raġel l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech.