Raġel Ta’ 25 Sena Jaqa’ Bi Quadbike Fiż-Żebbuġ Għawdex
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq is-Sagħtrija, ż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, waqa’ bi quadbike tal-għamla CFMoto li kien qed isuq.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.