Raġel Ta’ 31 Sena Safa’ Milqut Minn Karozza F’Ħal Qormi

Dalgħodu, raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li safa’ milqut minn karozza fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi.
Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan l-inċident għal xi s-7:00am fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ntlaqat minn karozza ta’ tip Renault Megane misjuqa minn Somalu ta’ 30 sena li jgħix f’Ħal Qormi wkoll.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.