Raġel Ta’ 31 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Għawdex
![Raġel Ta’ 31 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Għawdex](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/08/Sptar-Generali-Ghawdex-5-990x568-1-850x560.jpg)
Raġel ta’ 31 sena residenti r-Rabat, Għawdex, għal xi l-12:15pm, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, Marsalforn.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Megane, misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Fontana, u mutur KTM, misjuq mill-vittma.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.