Raġel ta’ 43 Sena Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Sular U Nofs F’Għawdex

 Raġel ta’ 43 Sena Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Sular U Nofs F’Għawdex

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2pm, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 43 sena residenti Għajnsielem, Għawdex, waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com