Raġel Ta’ 54 Sena Jaqa’ F’Residenza F’Bormla

 Raġel Ta’ 54 Sena Jaqa’ F’Residenza F’Bormla

Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-siegħa il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet ġewwa residenza f’ Sur Santa Liena, Bormla.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar kien waqa’ minn fuq sellum.

Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com