Raġel Ta’ 60 Sena B’Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza

Dalgħodu, raġel ta’ 60 sena minn Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi f’inċident li seħħ fi Triq San Pawl, San Ġwann.
L-inċident seħħ għal xi 8:45am fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel safa’ milqut minn karozza ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 29 sena li tgħix San Ġwann.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.