Raġel Weġġa’ Gravi F’Inċident Bil-Mutur – Tifel ta’ 9 Snin Kien Passiġġier Miegħu
Raġel Serb ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Peugeot, u waqa’. Flimkien miegħu kien hemm tifel ta’ 9 snin.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għal xi s-6pm, fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li t-tifel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.