Raġel Weġġa’ Gravi Wara Li Nqaleb Bil-Karozza F’Marsaxlokk

Raġel ta’ 41 sena minn Ħal Luqa kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tax-Xerriek, Marsaxlokk.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għal ħabta tas-6:30pm, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq karozza Daihatsu Charade, tilef il-kontroll u nqaleb.
Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.