Repubblika Bi Protesta Quddiem Il-Ministeru Tal-Ġustizzja
L-Għaqda Repubblika fi stqarrija ħabru li ħa jkunu qed jorganizzaw konferenza bi protesta nhar it-Tlieta li ġej fis-7:30pm quddiem il-Ministeru tal-Ġustizzja.
Din il-konferenza qed issir għaliex fi kliem ir-Repubblika “Il-Pożizzjoni tal-Ministru Edward Zammit Lewis bħala membru tal-Kabinett tal-Gvern m’għadix tenibbli.”
Dan wara ‘whatsapp chats’ li ġew pubblikata bejn il-Ministru Zammit Lewis u Yorgen Fenech u rrefera għal votant Laburist bħala ‘Gaħan’.
Repubblika qalet li “il-fatt li baqa’ jitħabbeb ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf pubblikament li Fenech hu s-sid ta’ 17 Black tagħmlu persuna mċappas bit-tnawwir li ġab lil pajjiżna għarkupptejh.”