Saħta, Barka, Superstizzjoni – Il-Ġimgħa Tlettax Minn Fejn Oriġinat?
Bosta jassoċċjawh il-Ġimgħa 13 (Friday the 13th) ma’ superstizzjonijiet, saħta jew magħmul.
Imma minn fejn bdiet jew kif oriġinat?
Bosta huma r-raġunijiet. Waħda minnhom hija li Kristu kien imsallab il-Ġimgħa, għalhekk bosta jqisu dan il-jum bħala jum imdallam u tad-dwejjaq.
Jingħad ukoll li minħabba li Kristu kellu 13-il persuna fl-aħħar ċena bih inkluż.
Hemm min isemmi l-isfortuna li ġrat nhar il-Ġimgħa 13 tas-sena 1307, meta r-Re ta’ Franza kien ordna li jiġu arrestati mijiet ta’ Templari fil-pajjiż.
Bla dubju, anedoti u leġġendi jitwieldu wkoll maż-żmien. Abbli dak li għal xi ħadd ikun jum sfortunat, jaf ikun jum sabiħ għal ħaddieħor. Mhux hekk?