“Sajf Nitbaħartu Issa Għax Ġejja L-Iskola Nibdew Inġibu L-Iskużi – Foloz”
“Sajf nitbaħartu. Issa għax ġejja l-iskola ħa nibdew bl-iskużi għandikun. Ara veru ‘Maltese gemgem u hawn erba’ foloz.”
Dan kien kumment li bagħtitilna omm ta’ żewġt itfal fejn saħqet magħna li t-tfal huwa posthom l-iskola mhux biex teħles minnhom imma għax tixtieq l-aqwa edukazzjoni u esperjenza ta’ tagħlim għal uliedha.
Qaltilna bħalma fis-sajf, bosta kienu dawk li ġrew u marru kullimkien bit-tfal; li tħalltu ma’ kulħadd, sew jew kbar jew żgħar bħalhom, mela issa jmiss li jitaħħltu fl-iskola.
Tenniet li dawn kollha skużi biex ikollhom fhiex jinfexxu u qalet li tinkwieta li se naqbdu drawwiet ħżiena li ntellfu l-iskola lit-tfal.
Saħqet, li għandha tkun imposta li student, irid jattendi l-iskola ħlief minn għandu xi raġuni partikolari.
Intom x’taħsbu dwar dan?