Seba’ Rħula Jiċċelebraw Il-Festa Ta’ Santa Marija Llum
Dawn huma l-Mosta, il-Gudja, il-Qrendi, Ħal Għaxaq, Imqabba, Ħ’Attard u r-Rabat Għawdex. Imbagħad, ħadd wara tkun iċċelebrata wkoll f’Ħad-Dingli, fl-Imġarr u fiż-Żebbuġ f’Għawdex.
Hija meqjusa bħala l-qofol tal-festi li jimmarka wkoll il-qofol tas-Sajf Malti.
Ħafna kienu jgħidu; “La tgħaddi Santa Marija, jgħaddi s-sajf.” Dan huwa kliem bil-fomm li kien isir popolari maż-żmien tant kemm kien jingħadd.
Magħrufa wkoll kienet l-għarixa; hekk kif fil-ġranet viċin il-15 t’Awwissu, it-temp donnu jissaħħab ftit u traxxax xi ftit xita.
Minn din, jidher li għad fadal biex ikollna għaliex il-gżejjer Maltin bħall-kumplament tad-dinja, huma maħkuma minn sħanat qawwija.
Il-Festa t-tajba lil kulħadd.
Ritratt: Vida Magazine Malta/ Stephen Baldacchino