Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Vettura Li Baqgħat Sejra

Illum għal ħabta tat-8:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku ġewwa Triq il-Kbira, Ħal Lija.
Minn investigazzjonijiet preliminari irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Qormi kien qed isuq mutur Piaggio Sfera, intlaqat minn vettura li allegatament telqet minn fuq il-post.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza fuq il-post minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.