“Sitt Snin Ilu Għaddejt Mill-Agħar Esperjenza Ta’ Ħajti…” – Dario Vella
“Sitt snin ilu għaddejt mill-agħar esperjenza ta’ ħajti fejn kont qed nilgħaba mal-mewt u fl-ebda ħin ma nixtieq lil xi ħadd jgħaddi mill-istess esperjenza.” Hekk kiteb dalgħodu s-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella wara li 6 snin ilu kellu inċident gravi li ħallih 3 xhur l-isptar jiġġieled għal ħajtu.
Dario rringrazzja lil Marija Bambina patruna tal-Mellieħa li żammet idejha fuqu kif ukoll lil bosta nies li kienu nvoluti biex reġgħu tawh saħħtu lura u għadhom jkunu ta’ sapport għalih ta’ kuljum.
Dario Vella fil-messaġġ li qasam fuq l-midja soċjali dalgħodu qal li “Miniex bniedem perfett anzi għandi nuqqasijiet tiegħi. Il-Ħajja hija mimlija mumenti sbieħ u oħrajn inqas, però l-messaġġ għandu jkun dejjem wieħed ta kuraġġ u pożittivita.”
“Taqtgħux qalbkom mill-ħajja. L-agħar ħaġa hija meta l-bniedem jaqta’ qalbu għaliex jkun tilef il-battalja kollha. Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.” Hekk ikkonkluda Vella f’dan il-messaġġ ta’ kuraġġ li kiteb.
Awguri Dario għal aktar saħħa!