Stħarriġ: Aktar Minn Kwart Tal-Maltin Mistenni Jkomplu Jagħmlu X-Xirja Online Wara L-Pandemija

 Stħarriġ: Aktar Minn Kwart Tal-Maltin Mistenni Jkomplu Jagħmlu X-Xirja Online Wara L-Pandemija

Dr. Vincent Marmara f’isem il-kumpanija Sagalytics flimkien mal-Uffiċju ta’ Dr. Joseph Muscat ippublikaw kollettivament it-tielet nota ekonomika ibbażata fuq stħarriġ xjentifiku li jiġbor numru ta’ sejbiet ewlenin li inġabru minn telefonati li saru fl-aħħar ġimgħat.

Mill-ġdid dan l-istħarriġ qiegħed janalizza l-aptit ekonomiku tal-poplu Malti għax-xhur li ġejjin. Minkejja l-maġġoranza tal-poplu Malti huwa ottimist għall-futur ekonomiku ta’ pajjiżna, jidher li numru ta’ setturi ekonomiċi ser ikunu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet.

Partikolarment jidher li fost il-Maltin il-biża għas-safar għada waħda b’saħħitha u mistennija tibqa’għal li ġej. Anke jekk wieħed jaħseb li numru ta’ Maltin qegħdin jagħżlu li jfittxu vaganzi domestiċi, hawn ukoll il-Malti jinsab xi ftit jew wisq xettiku. Infatti is-safar, l-użu ta’ trasport pubbliku u vaganzi domestiċi huma l-aktar tlett setturi li mistennija jkunu impattati fix-xhur li ġejjin.

Filwaqt li fi stħarriġ preċedenti l-Maltin kienu aktar ottimisti lejn ir-ritorn normali għal hekk imsejħa normalita, il-Malti issa jidher li jemmen li r-ritorn għal dak li konna ser jieħu pass kemxejn aktar kajman. Il-Maltin ta’ bejn 36 u 45 huma fost l-aktar indeċiżi bil-mod ta’ kif pajjiżna ser ikun qiegħed jiprogressa għal li ġej.

L-istħarriġ jidħol f’dettal fuq numru ta’ setturi ekonomiċi li ser ikunu impattati u jindika li l-użu ta’ pjattaformi diġitali ser ikun vitali għan-negozji.

Fl-aħħar xhur kien evidenti li ħafna mill-Maltin imxew lejn pjattaformi diġitali sabiex jagħmlu x-xiri tagħhom. Dawn it-tendenzi beħsiebhom jiżdiedu fix-xhur li ġejjin fejn jidher ċar li mhux biss xiri ta’ ikel misjur bħal take away mistenni jibqa’ popolari, iżda aktar minn kwart tal-Maltin saħansitra qegħdin jaraw li anke x-xirja regolari tagħhom ikomplu jagħmluha online. Ix-xiri ta’ ħwejjeġ huwa fost l-unika setturi li mistenni jirritorna għal li kien wara li tgħaddi din il-mewġa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com