Studju Juri Li T-Taljani Huma Fost L-Aktar Li Ma Jistgħux Jaffordjaw Vaganza

 Studju Juri Li T-Taljani Huma Fost L-Aktar Li Ma Jistgħux Jaffordjaw Vaganza

Aktar minn nofs il-ħaddiema bi dħul baxx fl-Ewropa ma jistgħux jaffordjaw li jieħdu vaganza ta’ ġimgħa ‘l bogħod mid-dar, skont riċerka l-European Trade Union Confederation (ETUC).

L-ETUC qalet fi stqarrija li filwaqt li l-aċċess għall-vaganzi kiber madwar l-Ewropa matul dawn l-aħħar għaxar snin, madwar 28% taċ-ċittadini Ewropej ma jistgħux jaffordjaw vaganza ta’ ġimgħa ‘l bogħod mid-dar.

Iżda dan jitla’ għal 59.5% jekk tħares biss lejn persuni li d-dħul tagħhom huwa wieħed baxx taħt il-limitu tar-riskju tal-faqar.

Madwar 35 miljun persuna fl-Ewropa ma jistgħux jaffordjaw vaganza ta’ ġimgħa.

Ħafna mill-persuni meqjusa f’riskju ta’ faqar huma qiegħda jew irtirati iżda jinkludi wkoll miljuni ta’ ħaddiema bi ħlas baxx, b’mod partikolari dawk li jaqilgħu l-paga minima statutorja, qalu l-ETUC.

Madwar 7 miljun Taljan jinsabu f’din il-kategorija, l-ogħla numru fl-Ewropa. Segwiti minn Spanja b’4.7 miljun, il-Ġermanja b’4.3 miljun, Franza b’3.6 miljun u l-Polonja b’3.1 miljun persuna.

Madankollu, il-Greċja għandha l-ogħla proporzjon ta’ persuni f’riskju ta’ faqar li ma jistgħux jaffordjaw vaganza bi 88.9%. Ir-Rumanija, il-Kroazja, Ċipru u s-Slovakkja Isegwu.

Ritratt: Eurail

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com