Tfajla Tittajjar Minn Vettura F’San Ġiljan U Tispiċċa Maqbuda Taħtha

 Tfajla Tittajjar Minn Vettura F’San Ġiljan U Tispiċċa Maqbuda Taħtha

Kolombjana ta’ 18-il sena, weġġgħet wara li ntlaqtet minn vann Citroen, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura.

L-inċident seħħ għal xi s-12:45pm, fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.

Fuq il-post issejħu tim mediku u uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu liż-żagħżugħa minn taħt il-vettura. Hija ttieħdet l-isptar u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com