Tħabbar ‘Lock Down’ Wara Li Nstab Każ Wieħed Biss Tal-Covid-19
Il-Prim Minitsru ta’ New Zealand Jacinda Ardern ħabbret ‘lock down’ ta’ tliet ijiem wara li nstab każ wieħed biss ta’ Covid-19, issuspettat li huwa mill-varjant Delta.
Tenniet li f’6 xhur sħaħ, ma kienx hemm każ wieħed u għalhekk, ma kinitx se tirriskja. ħadet b’eżempju lill-Awstralja u fissret kif aħjar jibdew bil-kbir u jnaqqsu r-restrizzjonijiet bil-mod, milli jsir bil-kontra u jfallu.
Qalet li l-politika ta’ new Zealand: ‘go hard, go early’ irnexxiet. Fil-fatt, il-pajjiż kien imfaħħar għall-mod kif laqa’ kontra l-virus fejn minn popolazzjoni ta’ 5 miljun ruħ, kien hemm biss 26 mewt.
Mhux l-istess qed ikun imfaħħar għall-għoti tal-vaċċin, fejn s’issa ġew mgħotija biss 20% tal-popolazzjoni.