Tiekolx Minn Dan Il-Prodott Għax Jista’ Jkun Fih Is-Salmonella
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz mingħand l-Awtorità kompetenti fl-Ingilterra u anke mis-Sistema ta’ Twissija Rapida fuq l-ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat għaliex instab li jista’ jkun kontaminat bil-mikrobu Salmonella.
Il-prodott jismu ‘Crispy Strips’ tad-ditta ‘Mr. Porky’ b’użin ta’ 20 gramma u bid-data ta’ durabbilita` 23/10/2021.