Tinfetaħ Skola Tal-Kindergarten Ġdida Fil-Fgura

 Tinfetaħ Skola Tal-Kindergarten Ġdida Fil-Fgura

Hekk kif bħalissa jinsab f’pajjiżna għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru mill-Komunità Dumnikana, il-Majjistru Ġenerali tal-Ordni Dumnikan, fra Gerard Francisco Timoner III flimkien mal-Provinċjal p. Viċenz Micallef OP fetaħ b’mod uffiċjali l-binja l-ġdida tal-Kindergarten tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-Fgura.

Il-kindergarten jifforma parti mill-Kulleġġ ta’ San Albert l-Kbir u l-iskola hija attrezzata b’faċilitajiet moderni sabiex it-tfal ċkejknin jieħdu l-aqwa edukazzjoni fl-ewwel żmien ta’ ħajjithom.

Din il-binja ser tkun qed tospita 4 klassijiet tal-Kinder, tnejn tal-ewwel sena u tnejn tat-tieni sena.

Kif spjega wkoll is-surmast tal-iskola Mario Mallia, it-tfal li jintgħażlu biex jidħlu fl-iskola tad-Dumnikani, jistgħu jibdew mill-kindergarten u jkomplu bil-vjaġġ edukattiv sal-ħames sena tas-sekondarja.

Preżenti kien hemm ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir p. Aaron Zahra OP, is-Surmast is-Sur Mario Mallia, id-Delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Nisranija Rev. Charles Mallia O.Carm, l-Assistent Kap tal-Primarja s-Sur Yasmin Galea, u l-Inclusion Co-ordinator Mrs. Marisa Deguara.

Il-Kulleġġ San Albert il-Kbir huwa skola mmexxija mill-Patrijiet Dumnikani Maltin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com