Tinqabadlu Idu Ġo Fann Industrijali Fis-Siġġiewi

Ilbieraħ, għal xi t-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi stabbiliment fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Niġerjan ta’ 31 sena u residenti Ħal Luqa, għal xi raġuni, spiċċa b’idu maqbuda ġo fann industrijali.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.