Tista’ Tkun Parti Mill-Proġett Spazjali Malti

 Tista’ Tkun Parti Mill-Proġett Spazjali Malti

“Darba ħsibt li nagħmel xi ħaġa kbira ħafna. Kont żgħir, forsi kelli 10 snin meta bdejt insir ossessjonat li nagħmel xi ħaġa li tħalli mpatt enormi fuq il-bnedmin, forsi d-dinja nnifisha. Qatt ma fhimt x’inhi, jew x’jista’ tkun. Fil-fatt, nistqarr…għadni ma nafx x’inhu dak li għandi bżonn nagħmel biex insib is-sodisfazzjon għax-xewqa tiegħi ta’ meta kont iżgħar.” Dan huwa kliem Profs. Joseph Borg, il-persuna li qed imexxi Proġett spazjali bl-isem ta’ ‘Project Maleth’s’.

Dan fil-fatt huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu fejn tim Malti ħa jkun qed itella fl-ispazju kaxxa li fiha ħa jkun hemm partiċelli sabiex ikun jista’ jsir studju dwar kundizzjonijiet fid-demm kif ukoll fid-dijabete. Dan il-proġett ħa jkun qed jara dawn il-kundizzjonijiet kif jireaġixxu f’ambjenti differenti fosthom meta il-kaxxa tkun qeda fl-ispazju mingħajr gravita.

Inti tista’ tkun parti minn dan il-proġett u tpoġġi ismek fil-kotba tal-istorja ukoll billi permezz ta’ donazzjoni tgħin lil dan il-proġett u proġetti oħra futuri. Permezz ta’ għajnuniet finanzjarji differenti wieħed jista’ jkun pari minn dan il-proġett b’diversi metodi. Fosthom li tkun preżenti biex isegwi it-tluq tagħha, jew li tikteb messaġġ fl-ispazju, jista’ wkoll ikollok l-opportunita’ li tieħu ritratt mal-kaxxa spazjali ladarba terġa tirritorna lura mil-ispazju fost iktar opportunitajiet.

Din l-avventura spazjali titlaq fid-29 ta’ Awwissu li ġej.

Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol fuq dan il-link.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com