Bil-Filmat: Titla’ Fuq L-Għola Bini Tad-Dinja Biex Tagħmel Reklam

 Bil-Filmat: Titla’ Fuq L-Għola Bini Tad-Dinja Biex Tagħmel Reklam

Ftit tal-ġranet ilu l-linja tal-ajru Emirates li huma stazzjonati f’Dubai ħarġu b’reklam li mad-daqqa t’għajn tgħid li dan inħadem ġo studio.

Ir-reklam kien juri mara bilwieqfa fuq l-għola binja fid-dinja l-Burj Khalifa li huwa twil 828 metru, b’kartelluni f’ideja b’kitba fuqhom biex jirreklamaw titjiriet mir-Renju Unit għall-Emirati Għarab Magħquda. Dan wara li r-Renju Unit poġġa lill-Emirati Għarab Magħquda fil-lista l-oranġjo tal-ivjaġġar.

Dan ir-reklam fi ftit ġranet rawh fuq 2.5 miljuni fuq YouTube biss.

Dan ir-reklam ma’ ġiex emmnut minn bosta kritiċi u nies fejn qalu li din kienet kollha stunt ġo studio. Propju ftit ġranet ilu l-kumpanija ħarġet filmat ta’ kif inħadem ir-reklam min wara l-kwinti.

Titħajjar tagħmel reklam bħal dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com