Titlef Ħajjitha Tifla Ta’ 6 Xhur Wara Li Għerqet F’Banju

 Titlef Ħajjitha Tifla Ta’ 6 Xhur Wara Li Għerqet F’Banju

Traġedja f’San Pawl il-Baħar hekk kif tarbija ta’ 6 xhur titlef ħajjitha traġikament fl-Isptar Mater Dei kmieni wara nofs in-nhar, hekk kif għal-ħabta tas-1pm tim mediku kien imsejjaħ f’residenza privata fejn għal xi raġuni t-tifla kienet ħa tegħreq f’banju u għamlet xi ħin taħt l-ilma.

Dan l-inċident sfortunat seħħ fi Triq l-Arżnell, San Pawl il-Baħar. Hu mifhum li fil-ħin li seħħ dan l-inċident kien hemm mara u żewġt itfal oħra.

It-tim mediku minn Mater Dei sab lit-tifla mitlufa minn sensiha u prova jsalva lit-tarbija fuq il-post permezz ta’ CPR qabel ma’ ittieħdet b’urġenza l-isptar. It-tim mediku kompla jipprova jsalva lit-tarbija sakemm l-ambulanza waslet l-isptar Mater Dei, fejn ftit wara hija mietet.

Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjoni tagħhom filwaqt li dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com