Tittieħed Azzjoni Dwar Il-Green Walls…Illum Kienu Qed Jitnaddfu Mill-Ħaxix Ħażin

Jidher li wara appelli li saru anke permezz tas-sit tagħna fl-20 ta’ Awwissu li għadda, illum il-Green Wall jidher li qed jieħu dehra aħjar.
Persuni li kienu għaddejjin minn din it-triq osservaw li dalgħodu kien hemm ħaddiema li kienu qed ineħħu l-ħaxix ħażin li kien kiber ġmielu fuq dan il-ħajt.
Dan wara li dan l-aħħar diversi persuni kellmuna dwar is-sitwazzjoni li tħallew fiha dawn il-ħitan b’ammont kbir ta’ ħaxix ħażin li spiċċa kiber fuqu.
Dawn huma proġetti tajbin li saru però importanti li jibqgħu jkunu kkurati ħalli jibqgħu jitgawdew fl-aqwa tagħhom.