Tkompli Tippersisti S-Sħana – Illum Tinħass 43°C

It-temp illum xemxi, sħun u pjuttost imdaħħan (‘hazy’).
Ir-riħ ħafif (F2-3) u varjabbli l-aktar min-Nofsinhar (S).
Il-baħar kalm.
L-ogħla temperatura llum: 38°C; l-inqas illejla: 28°C.
Tinħass: 43°C | 29°C
Indiċi UV: 10
Ritratt b’xenarju mill-isbaħ miġbud riċentament min-Nadur f’Għawdex, grazzi għal Lionel Zammit