“Totalment Konvint Wara D-Deċiżjoni Tiegħi” – Il-President Amerikan Joe Biden
Ilbieraħ, il-President Amerikan Joe Biden f’konferenza tal-aħbarijiet qal li jinsab “totalment konvint” bid-deċiżjoni tiegħu li jirtira l-forzi militari tal-Istati Uniti mill-Afganistan b’riżultat li l-Gvern Afgan ma’ tantx dam imexxi lill-pajjiżu wisq.
Biden qal li kellu għażla x’jagħmel bejn li jżomm ma’ ftehim li kien innegozjat qabel biex jirtira t-truppi Amerikani din is-sena jew jibgħat eluf ta’ suldati oħra lura fl-Afganistan “għat-tielet deċennju” ta’ gwerra.
Biden qal li mhux se jirrepeti l-iżbalji tal-passat u ma ddispjaċihx bid-deċiżjoni tiegħu li jipproċedi bl-irtirar tat-truppi Amerikani mill-Afganistan.
“Totalment konvint wara d-deċiżjoni tiegħi,” qal Biden f’indirizz televiżiv lin-nazzjon mill-White House.
Din id-deċiżjoni ġiet kritikata ħafna minn politiċi oħra u Gvernijiet. Iżda Biden qal li aħjar jieħu l-kritika dwar il-waqgħa fl-Afganistan milli jgħaddi d-deċiżjoni lill-ħames President.
Huwa qal li d-deċiżjoni li jirtira s-suldati mill-Afganistan hija “l-aħjar deċiżjoni għall-Amerika.” Huwa qal li l-preżenza tal-Istati Uniti fl-Afganistan ma baqgħetx ta’ interess għas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti.
Joe Biden wissa wkoll lit-Taliban li jekk jattakkaw liċ-ċittadini Amerikani li qed jiġu evakwati mill-kapitali Afgana, mhux se jħallihielhom lixxa. Żied jgħid ukoll li jekk ikun hemm il-bżonn li s-suldati Amerikani jiġu mgħajta mill-ġdid biex jiġġieldu t-terroriżmu fl-Afganistan, dan ħa jsir.
Ritratt: Euronews