Wara 70 Sena Jiltaqa’ Mat-Tliet Aħwa Li Kien Salva…

Għal aktar minn 70 sena, Martin Adler veteran tat-Tieni Gwerra Dinija dejjem żamm u għożż ritratt bla kulur li fih jidher hu bħala suldat Amerikan, żagħżugħ bi tbissima, flimkien ma tliet itfal Taljani li huwa kien salva min-Nażisti fl-1944.
Ilbieraħ, il-veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ 97 sena ltaqa’ mat-tliet aħwa infushom personalment għall-ewwel darba mill-gwerra ‘l hawn.
Bla dubju din kienet laqgħa emozzjonanti meta wara dawn is-snin kollha kellhom jerġgħu jiltaqgħu flimkien.
Ritratt: Antonio Calanni