Wara Snin Twal Is-Salina Terġa’ Tipproduċi L-Melħ

 Wara Snin Twal Is-Salina Terġa’ Tipproduċi L-Melħ
Wara snin twal, is-Salina li tinsab fil-limiti tan-Naxxar, qed terġa’ tipproduċi l-melħ.
Dan huwa proċess twil u metikoluż li jirrikjedi bosta xhur. Minn meta waqfu l-maltempi tax-Xitwa li għaddiet, is-salini bdew jitnixxfu u jitnaddfu bl-idejn.
Mhuwhiex il-metodu tradizzjonali, għaliex intuża ‘power wash’ ukoll imma żgur li kien metodu li ħalla riżultat pożittiv.
kien imiss li mbagħad, ‘water valves’ installati apposta, jippumpjaw ilma mill-baħar b’distirbuzzjoni permezz ta’ kanal dirett ġol-kontenituri naturali tas-salini. Hemmhekk, imbagħad bdiet l-evaporazzjoni.
Sa Ġunju, kienet bdiet tidher qoxra ta’ kristalli tal-melħ. Qabel il-melħ jinxef kompletament mill-ilma, permezz ta’ pali apposta, bdew jiġbru l-melħ f’munzelli żgħar.
Issa l-melħ huwa lest. Din l-inizjattiva qed tkun appoġġjata wkoll minn Bird Life Malta. Ser jintbagħatu wkoll kampjuni f’laboratorji apposta barra minn xtutna biex il-melħ ikun ittestjat u tkun ikkonfermata l-kwalità tiegħu.
Fil-passat, dawn is-salini kellhom isem li kienu jipproduċu l-aqwa melħ fil-Mediterran.
Kemm nieħdu gost naraw inizjattiv bħal dawn. Verament prosit lilkom.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com