WasteServ Tippremja L-Aħjar Azzjonijiet Favur L-Ambjent Permezz Ta’ Awards

 WasteServ Tippremja L-Aħjar Azzjonijiet Favur L-Ambjent Permezz Ta’ Awards

Għal sena oħra, WasteServ organizzat it-tmien edizzjoni tal-Malta Waste Reduction Awards fejn ġew premjati dawk l-azzjonijiet li ppreżentaw l-aħjar it-tema ta’ Skart Inviżibbli.

Ir-rebbieħa ntgħażlu minn ġurija esperta, wara li dawn irreġistraw l-azzjoni tagħhom għall-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart li isir ta’ kull sena f’ Novembru u li fiha tgħaqqad skejjel, amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji, Għaqdiet mhux Governattivi u ċittadini minn madwar l-Ewropa.

Il-Malta Waste Reduction Awards taspira biex tħajjar iktar nies sabiex jipproteġu l-ambjent fil-ġlieda favur it-tnaqqis tal-iskart u joħorġu b’ azzjonijiet li jqajmu kuxjenza dwar riżorsi sostenibbli u l-immaniġjar tal-iskart.

Fid-diskors tal-ftuħ ta’ din iċ-ċerimonja, l-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca qal li inizjattivi bħal din tal-lum jikkumplimentaw tajjeb ix-xogħol li qed tagħmel il-WasteServ sabiex niprevjenu l-iskart. Huwa rringrazzja lill-parteċipanti kollha talli bl-azzjonijiet tagħhom komplew iqajjmu kuxjenza fuq l-importanza li nkattru l¬prattiċi tajbin fl-immaniġġjar tal-iskart.

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ppreżenta lir-rebbieħa bi trofej ta’ l-okkażjoni fejn kull proġett rebbieħ irċieva fondi sabiex jassistu fl-isforzi għat-tnaqqis tal-iskart. Fid-diskors tiegħu, l-Ministru Farrugia faħħar inizjattivi bħal dawn li jinkoraġġixxu iktar nies jagħmlu l-parti tagħhom fit-transizzjoni għal ekonomija ċirkolari. Il-Ministru Farrugia irringrazzja lit-tmexxija tal-WasteServ u lill-ħaddiema tax-xogħol siewi li qedgħin jagħmlu filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex ikompli jżid l-isforzi tiegħu fejn tidħol is-separazzjoni u l-prevenzjoni tal-iskart.

Waqt din iċ-ċerimonja ingħata wkoll rikonoxximent lil Kunsilli Lokali għal isforzi tagħhom favur l-immaniġjar tal-iskart fil-lokalità tagħhom fejn ġew ppremjati l-aħjar tliet lokalitjiet minn Malta u Għawdex.

WasteServ bħalissa tinsab għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex timplimenta l-proġett ECOHIVE b’investiment ta’ nofs biljun ewro filwaqt li qed tibni faċilità oħra ġdida ġewwa Ħal Far b’investiment ieħor ta’ €22 miljun biex tipproċessa skart Ii jinkludi apparat elettroniku (WEEE), tajers, u injam.

Dawn l-investimenti ħa jkunu qed jilqgħu aħjar il-miri stabbiliti fil-Pjan fit-Tul għall-Immaniġġjar tal-Iskart li jħares lejn l-għaxar snin li ġejjin. Minbarra dan, se jkunu qed jinfteħu wkoll erba’ Reuse Centres li se jkunu qed joffru oġġetti użati li għadhom f’kundizzjoni tajba biex dawn ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com