“We Media Biss Tiddeċiedi Minn Jippreżenta L-Programm” – Jippreċiżaw Il-Fatti Kif Inhuma
Fuq il-midja soċjali tagħhom, We Media tennew li wara li ħarġu għidut fil-midja soċjali dwar il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, id-diriġenti tal-kumpanija tal-midja ħassew li għandhom jippreċiżaw il-fatti kif inhuma.
Saħqu li dan il-programm huwa propjetà ta’ We Media Ltd u hija hi biss li tiddeċiedi min jippreżenta il-programm. Komplew jgħidu li Mark Laurence Zammit qatt ma kien offrut li jerġa’ jippreżenta l-programm wara l-aħħar skeda u ma kellu ebda involviment fid-deċizjonijiet li jinvolvu l-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa.
“Mhuwiex minnu li l-PBS waqfet il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, anzi kien għadu ikkunsidrat sa ftit ġimgħat ilu meta Mark Laurence Zammit kien diġà fuq in-notice of termination tal-impjieg tiegħu bħala producer minn ma’ We Media Ltd”, inkiteb fuq il-midja soċjali tal-kumpanija.
Temmew jgħidu li dan il-programm bi qbil bejn il-producers u l-istazzjon nazzjonali sarlu rebranding sabiex jiċċaqlaq għal fuq l-istazzjon TVMNews+ u jitqassam fuq żewġ partijiet, iġifieri l-Erbgħa u l-Ġimgħa, u jinbidel l-isem għal TOPIK.