William Mangion Iħobb Id-Dettall Fil-Mużika Tiegħu – Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu

Illum il-kantant popolari William Mangion qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled fl-24 t’Awwissu fl-1958 fin-Naxxar.
Kien irrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1993 bil-kanzunetta This Time fejn mar tajjeb u kiseb it-8 pożizzjoni.
Huwa personalità b’karattru ħelu u mfittex minn dawk li jħobbu d-dettall fil-mużika għaliex huwa wkoll mużiċist u perfezzjonist.
Awguri William.