“Xahar Wara L-Pubblikazzjoni Tal-Inkjesta Dwar Il-Qtil Ta’ Daphne Caruana Galizia, Il-PM Baqa’ M’Għamel Xejn” – Il-PN

 “Xahar Wara L-Pubblikazzjoni Tal-Inkjesta Dwar Il-Qtil Ta’ Daphne Caruana Galizia, Il-PM Baqa’ M’Għamel Xejn” – Il-PN

“Xahar wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li kkonkludiet li l-Istat għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal dan l-assassinju, wara li l-Istat stess ħoloq l-impunita’ fl-ogħla livelli tal-Gvern f’Kastilja, u li nfirxet fl-istituzzjonijiet kollha tal-Pajjiż, Robert Abela baqa’ ma għamel xejn.”

Dan intqal dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista indirizzata mid-deputati Beppe Fenech Adami u Joe Ellis u l-kandidata Paula Mifsud Bonnici.

Il-kelliema tal-PN qalu li l-Prim Ministru huwa ostaġġ tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, u għaliex hu l-kontinwita’ tiegħu għadu qiegħed jipproteġi lil Ministru Edward Zammut Lewis.

Il-PN żied jgħid li fid-dawl taż-żieda ta’ aktar aħbarijiet foloz, qed jistiednu lill-Prim Ministru Robert Abela għal diskussjoni dwar kif jistgħu jissaħħu l-liġijiet u r-riżorsi tal-pulizija sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu ndirizzati.

Il-Partit Nazzjonalista waqt il-konferenza wiegħed li “Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech, itemm darba għal dejjem din il-kultura ta’ impunita’ ġewwa Pajjiżna, fejn il-liberta’ tal-espressjoni verament terġa’ tiġi rrestawrata u jara li l-istituzzjonijiet kollha jissaħħu permezz tal-għodda u r-riżorsi kollha neċessarji sabiex jiffunzjonaw aħjar.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com