Yorgen Fenech Mistenni Jitressaq Il-Qorti Fil-5:30pm Akkużat B’Xiri Llegali Ta’ Armi U Munizzjon
![Yorgen Fenech Mistenni Jitressaq Il-Qorti Fil-5:30pm Akkużat B’Xiri Llegali Ta’ Armi U Munizzjon](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/08/Yorgen_fenech_1-850x560.jpg)
Yorgen Fenech mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-5:30pm.
Huwa kien interrogat aktar kieni fid-Depot tal-Pulizija dwar xiri ta’ armi u munizzjon bil-kuntrabandu mid-dark web, fejn kien ħallas għalihom bil-Bitcoin.
Dawn l-armi allegatament kien nxtraw sena wara l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hu ser jkun akkużat b’akkwist ta’ armi u munizzjon mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Yorgen Fenech ser jitressaq il-Qorti mill-ispettur Omar Zammit, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella.
Ritratt: TVM