Żagħżugħ Ffroda Anzjan Ta’ 90 Sena Billi Ppoża Ta’ Qassis

 Żagħżugħ Ffroda Anzjan Ta’ 90 Sena Billi Ppoża Ta’ Qassis

Fil-Qorti dalgħodu nstemma każ ta’ żagħżugħ ta’ 28 sena li jgħix Bormla akkużat li ffroda anzjan ta’ 90 sena b’madwar €3,000 billi ppoża ta’ qassis.

L-akkużat Dillon Kenneth Junior Bartolo tressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, fejn L-Ispettur Clayton Camilleri spjega kif Bartolo kien mar iħabbat għand l-anzjan u qallu li kien Dun Ġwakkin u kien qed jiġbor flus għall-karità.

Bartolo kien beda jiltaqa’ mal-anzjan aktar ta’ spiss sakemm fl-aħħar i l-Pulizija rċeviet informazzjoni dwar dan il-każ u qabdet liż-żagħżugħ ħdejn l-anzjan waqt li l-vittma kien qed jiġbed il-flus mill-ATM.

Jidher li Bartolo kien qed jagħmel dan kollu għaliex kienu qed jiġru warajh xi traffikanti tad-droga biex jitħallsu, hekk qalet l-Avukat Marouska Debono, li dehret għal Bartolo.

Il-Maġistrat Montebello żammet lil Bartolo taħt arrest wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Is-sentenza ħa tkun qed tingħata għada l-Ħamis.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com