Żewġ Muturi Laqtu Lil Xulxin Tant Li Wieħed Minnhom Waqa’

 Żewġ Muturi Laqtu Lil Xulxin Tant Li Wieħed Minnhom Waqa’

Dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ muturi, tal-għamla Kawasaki laqtu lil xulxin bil-konsegwenza li wieħed minnhom waqa’.

Wieħed missewwieqa, raġel 42 sena residenti n-Naxxar sofra ġrieħi gravi, filwaqt li l-ieħor li għandu 61 sena u residenti l-Imsida ma weġġax.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com