Żewġ Persuni Mietu F’Ħabta Bejn Żewġ Ferroviji
Żewġ persuni mietu u aktar minn 40 persuna oħra weġġgħu wara li żewġ ferroviji ħabtu fir-Repubblika Ċeka.
L-inċident seħħ dalgħodu viċin il-fruntiera bejn il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka.
Diversi ħaddiema tas-salvataġġ marru fuq il-post kemm mill-Ġermanja kif ukoll mir-Repubblika Ċeka sabiex joħorġu lil passiġġiera. Persuni li weġġgħu serjament ittieħdu l-isptar bil-ħelikopter.
Fuq il-post tal-inċident hemm preżenza qawwija ta’ ħaddiema tal-emerġenza fejn għaddejjin ukoll investigazzjonijiet ta’ x’wassal għal dan l-inċident.
Ritratti: Skynews