Żewġ Tfajliet Involuti F’Inċident Tat-Traffiku Ħal Tarxien

 Żewġ Tfajliet Involuti F’Inċident Tat-Traffiku Ħal Tarxien

Illum, għal xi s-2:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ vetturi – Audi A1 misjuqa minn tfajla ta’ 18-il sena residenti Wied il-Għajn u Fiat Punto misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Birkirkara.

Huma ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, it-tfajla ta’ 18-il sena ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com