Żewġt Irġiel Ħa Jitressqu L-Qorti B’Rabta Ma’ Serqa Minn Residenza F’Birżebbuġa
Żewġt irġiel ta’ 39 u 32 sena rispettivament, ġew arrestati mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri b’rabta ma’ serqa minn residenza li seħħet fl-24 ta’ Lulju li għadda.
Il-Pulizija dak in-nhar għall-ħabta tal-10:30pm ġew infurmati li kienu nsterqu ammont ta’ ġojjelli u flus kontanti minn dar fi Triq San Mikiel, Birżebbuġa.
Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u analiżi ta’ filmati tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegati ħallielin u ġew arrestati.
L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace.