20 Sena Wara L-Attakki Terroristiċi Fl-Amerika

 20 Sena Wara L-Attakki Terroristiċi Fl-Amerika

Kien il-11 ta’ Settembru 2001, fid-8:46am ħin Amerikan. Id-dinja kollha waqfet issegwi dak li kien qed jiġri fl-Amerika, bħal li kieku kien xi film. Għaddew 20 sena, imma l-ferita għada hemm u ħa tibqa’ hemm għas-snin u l-ġenerazzjonijiet li ġejjien.

Il-President Amerikan Joe Biden f’dan il-Jum żar it-tliet siti fejn seħħew l-attakki terroristi. Beda f’New York fejn attenda għal-ċerimonja fejn qabel kien hemm il-‘World Trade Center’, wara vjaġġa lejn Shankville, f’Pennsylvania. Dan l-ajruplan kien intenzjonat li jispiċċa f’binja oħra però l-passiġġiera kienu ħadu lura l-kontroll tiegħu minn idejn it-terroristi u tniżżel fl-għelieqi.

L-aħħar post li Joe Biden żar illum kien Washington fejn għamel żjara fil-Pentagon, post li wkoll kien attakkat permezz ta’ ajruplan.

F’diskors li għamel il-President Amerikan qal li hija iebsa u kiefra wisq li 20 sena wara hemm tfal li kibru mingħajr ġenituri u ġenituri li sofrew mingħajr it-tfal tagħhom.

Huwa qal li jgħaddi kemm jgħaddi żmien din il-ġrajja tibqa’ weġa’ daqs li kieku seħħet ftit sekondi ilu.

F’nota pożittiva Joe Biden temm jgħid li din il-ġrajja għaqdet lil poplu Amerikan u ħeġġeġ sabiex l-Amerika tibqa’ magħquda għaliex is-saħħa tal-pajjiż hija l-għaqda tal-poplu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com