2,111 Persuna Għamlu Użu Mis-Servizz Tal-Ikel Provdut Minn Fondazzjoni Dar Il-Hena
Dan intqal f’konferenza stampa organizzata minn Fondazzjoni Dar il-Hena fejn ġie ppreżentat rapport ta’ ħidma għas-snin 2017 sa 2020.
Kienu preżenti l-Onorevoli Ministru tas-Solidarjeta’ u Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal Dr. Michael Falzon, is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta u, is-Sur Julian Sammut, Chairperson The Alfred Mizzi Foundation, it-tnejn ta’ l-aħħar membri fil-bord ta’ Fondazzjoni Dar il-Hena, u s-Sinjura Roberta Gellel, Kap ta’ Reach Residential Home.
Ir-rapport ta’ħidma juri kif 2,111-il persuna, b’mod individwali, għamlu użu mis-servizz tal-ikel provdut minn Fondazzjoni Dar il-Hena fuq medda ta’ erba’ snin. L-età medja tal-individwi li rrikorrew ghallghajnuna, kienet dik ta’ 39 sena. Dawn l-individwi ġew referuti għas-servizz tal-ikel li jinghata minn Dar Papa Frangisku minn aġenziji diversi, fosthom l-Aġenzija Appoġġ. Il-Fondazzjoni, li fi ħdanha għandha zewg xelters ta’ emerġenza, Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores, u xelter li jilqa’ fih kemm individwi u kif ukoll familji ghal perjodi itwal ta’zmien, Reach Residential Home, tat l-għajnuna lill-1,126 individwu fuq perjodu ta’ erba’ snin, inklużi tfal u familji. Dawn l-individwi gew referuti għas-servizzi tal-Fondazzjoni minn aġenziji lokali bhal ma hi l-Aġenzija Appoġġ u minn Caritas Malta fost oħrajn.
Fost dawn l-individwi kien hemm 30% li waqfu juzaw is-servizzi tal-Fondazzjoni, 13% li rnexxielhom jikru, 11% li imxew ghal akkomodazzjoni f’xelters ohrajn, 9% li marru lura għand il-familja taghhom jew ħbieb, 3% li marru lura f’pajjiżhom, u 2% li bbenefikaw minn skemi tal-Awtorita’ tad-Djar.
Id-Direttur ta’ Caritas Malta s-Sur Anthony Gatt semma’ kif dan il-mudell uniku bejn il-Gvern ta’ Malta, il-privat The Alfred Mizzi Foundation, u Caritas Malta kienet esperjenza ta’ suċċess hekk kif il-Fondazzjoni laqghat nies li qeghdin f’sitwazzjoni prekarja hafna.
Is-Sur Julian Sammut stqarr li dawn il-ħames snin ta’ ħidma kienu ta’sodisfazzjon għaliex sar hafna ġid. Huwa żied jgħid li wara n-numri msemmijin hemm nies fil-bżonn li jsofru wkoll mis-solitudni. L-Onorevoli Ministru Dr. Michael Falzon għaraf li jekk hemm il-bżonn ta’ servizzi bħal dawn tajjeb li nkunu konxji taghħom. Fir-rigward ta’ Reach Residential Home u l-mudell li jigi adottat il-Ministru ħeġġeġ kif flimkien nistghu naghmlu differenza fil-ħajja tan-nies billi nkomplu nahdmu izjed flimkien.