250,000 Persuna Se Jkunu Qed Jirċievu Ċ-Ċekkijiet Tar-Rifużjoni Tat-Taxxa
Waqt sessjoni ta’ konsultazzjoni pubblika f’Ħaż-Żabbar dwar id-dokument tal-Budget il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li minn għada se jibdew jitqassmu ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa lil madwar 250,000 persuna, b’total ta’ €17-il miljun.
Huwa żied jgħid li minkejja l-pandemija f’Malta nħolqu 9,000 impjieg filwaqt li hawn l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, filwaqt li pajjiżi oħra għadhom qed ibatu l-konsegwenzi tal-pandemija.
Il-Prim Ministru f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qal li “dan gvern li jibqa’ jwieżen in-nies u jippremja l-bżulija.”
Preżenti għal din il-konsultazzjoni kien hemm il-Ministru Clyde Caruana fejn tkellem fuq dak li mistenni jħabbar fil-Budget tal-11 ta’ Ottubru li ġej, fosthom inċentivi għal min jixtieq jibqa’ jaħdem.
Semma wkoll li se tkompli tiġi indirizzata l-problema tal-kirjiet, xiri ta’ propjetà u miżuri favur il-familja.