Aġġornat: Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Fin-Naxxar

Ilbieraħ għall-ħabta tal-11:30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Parroċċa, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Mosta, u karozza Toyota CHR, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.