Aħbar Tajba: Investiment Multi Miljunarju F’Malta Minn De La Rue

 Aħbar Tajba: Investiment Multi Miljunarju F’Malta Minn De La Rue

Il-Prim Ministru Robert Abela llejla ħabbar li l-kumpanija internazzjonali De La Rue se twettaq investiment multi-miljunarju f’pajjiżna. Dan se joħloq 100 impjieg ġdid ta’ kwalità.

“Din l-organizazzjoni ta’ reputazzjoni, li stabbilixiet ruħha f’Malta fl-1975, rat lil pajjiżna bħala l-aqwa post fejn tiżviluppa l-ikbar impjant tagħha”, tenna l-Prim Ministru Robert Abela.

Abela qal li bis-saħħa tal-pakkett ta’ għajnuna li ġie offrut lill-investituri, mingħajr politika ta’ awsterità, il-qasam tal-manifattura qed jagħmel suċċess u joffri opportunitajiet ġodda li jagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar.

“Kommessi li nkomplu mmexxu lil pajjiżna ‘l quddiem”, temm jgħid il-Prim Ministru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com