Alfred Sant Jappella Għal Ewropa Magħquda Għall-Kriżi Tar-Refuġjati Fl-Afganistan

 Alfred Sant Jappella Għal Ewropa Magħquda Għall-Kriżi Tar-Refuġjati Fl-Afganistan

L-Eks Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fi ħdan il-Grupp Soċjalista u Demokratiku (S&D) fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivotta fil-plenarja għal riżoluzzjoni dwar is-Sitwazzjoni fl-Afganistan.

Filwaqt li ddeplorat t-teħid vjolenti tal-Afganistan, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew talbet għal aktar għajnuna umanitarja u rispons ikkoordinat biex tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli. Barra minn hekk, ir-riżoluzzjoni dwar is-Sitwazzjoni fl-Afganistan ikkundannat il-persekuzzjonijiet li għaddejjin, b’mod partikolari, fuq suldati tfal, nisa u bniet. Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata b’536 vot favur, 96 kontra u 50 astensjoni. Dott. Sant ivotta favur ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Sitwazzjoni fl-Afganistan.

Filwaqt li huwa qabel mal-qafas tar-riżoluzzjoni, Dott. Sant oppona bil-qawwa partijiet tar-riżoluzzjoni li talbu għall-Unjoni Ewropea tad-Difiża. Huwa oppona l-aktar għall-proposta għall-irtirar “tal-unanimità favur vot b’maġġoranza kwalifikata fil-qasam tal-politika ta’ l-affarijiet barranin ta’ l-UE.”

Sant iddeskriva l-irtirar tal-Amerikani mill-Afganistan bħala ekwivalenti għall-“Vjetnam it-tieni” minħabba is-similaritajiet fl-iżvilupp ta’ kif inbnew il-ġrajjiet u l-eżitu tal-aħħar żewġ gwerer fejn fihom kienet involuta l-Istati Uniti.

Huwa rrefera għall-ħsieb kurrenti fost uħud minn dawk li jfasslu l-politika li t-triq ‘l quddiem tal-Afganistan għandha tkun simili għall-“Avviċinament tal-Punent lejn il-Vjetnam.” Din tinkludi fiha strateġija organizzata għal dawk ir-refuġjati interessati li jitilqu mill-Afganistan, il-proviżjoni ta’ assistenza finanzjarja b’ “kundizzjonalità imposta” u “relazzjoni bbażata fuq id-diplomazija u l-kummerċ.”

Dott. Alfred Sant irrimarka li s-suċċess jew falliment tal-approċċ tal-“Avviċinament tal-Punent lejn il-Vjetnam” se jkun determinat minn kemm it-Talibani jkunu lesti sabiex jieħdu sehem fih. Huwa enfasizza li l-partiti tal-Punent għandhom jirrikonoxxu li l-Kommunisti Vjetnamiżi kellhom policies soċjalment progressivi filwaqt li l-konservatiżmu u d-dogmatiżmu reliġjuż jidher li huwa msejjes fl-għeruq tat-tmexxija attwali tal-Afgani.

“Għalhekk ikun korrett li din ir-riżoluzzjoni tal-PE tikkundanna l-persekuzzjonijiet li għaddejjin fl-Afganistan, ir-ripressjoni tan-nisa u l-minoranzi fil-pajjiż. Ikun xieraq ukoll li titlob approċċ kontinentali għall-kriżi tar-refuġjati li tirriżulta mit-tluq tal-Istati Uniti mill-pajjiż”, saħaq Dott. Alfred Sant.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com