Anna Vassallo Eletta Bħala Viċi President Tal-Unjoni Ewropea Tat-Taekwondo
Istanbul, it-Turkija kienet is-sit tal-elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea Taekwondo (ETU) għall-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Kunsill.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Taekwando Anna Vassallo kitbet l-istorja meta saret l-ewwel Viċi President mara f’ħamsa u erbgħin sena storja tal-unjoni.
Vassallo ilha sservi għal numru ta’snin bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv fi ħdan l-imsemmija Unjoni u ġiet wkoll maħtura bħala membru tal-kummissjoni elettorali tal-istess federazzjoni kontinentali. Il-ħatra ta’Vassallo hija waħda mill-ogħla ħatriet miksuba minn amministraturi sportivi lokali fuq livell internazzjonali.
Vassallo, li ilha involut fl-isport mill-2017 kien strumentali biex terġa tiġi attivata l-Assoċjazzjoni lokali li kienet ġiet xolta wara numru ta’ kwistjonijiet ta’ governanza. L-Assoċjazzjoni issa hija rikonoxxuta mill-Federazzjoni Internazzjonali – World Taekwondo, mill-Federazzjoni Kontinentali – World Taekwondo Europe, minn Sport Malta u mill-Kumitat Olimpiku Malti.
Ritratt: Emvigee